Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-11.45am meta anzjan ta’ 71 sena residenti ta’ Sliema li kien qed isuq karozza Opel Corsa għal xi raġuni kellu mpatt ma’ mutur li kien qiegħed jinsaq minn Spanjol ta’ 34 sena residenti tas-Sliema wkoll.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna lill-Ispanjol u wara ttieħed l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-Ispanjol s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.