Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Ġiljan, Birkirkara.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Qormi u mutur tal-Għamla Yamaha GPD 125A misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Isla.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. F’dan l-istadju għadha mhijiex magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport