Kien għall-ħabta tal-5.30am meta l-Pulizija fl-Għassa tar-Rabat Għawdex ġew informati li kien seħħ inċident fi Triq tal-Għajn fil-Fontana Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li sewwieq ta’ mutur, raġel ta’ 29 sena residenti l-Munxar għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’ bil-mutur.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

