Wednesday, July 23, 2025

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 46 sena residenti Ħal Qormi qed isodri minn ġrieħi gravi, wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Minn stħarriġ illi sar, jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Hyundai Getz misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa u mutur tat-tip Honda misjuq mill-vittma.

Fuq il-post marru tim mediku u ambulanza, fejn ħadet is-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport