Wednesday, February 18, 2026

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident tat-traffiku fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Għall-ħabta ta’ 12.10pm, seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur fix-Xagħra Għawdex.

Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li l-inċident seħħ fi Triq Vjal 8 ta’ Settembru.

Jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur għandu madwar 57 sena residenti x-Xagħra. 

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport