Kien għall-ħabta tal-11.00p.m. tal-bieraħ meta l-Pulizija ġew informati li fi Triq l-Imġarr limiti tax-Xewkija Għawdex kien seħħ inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ bejn karozza Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti r-Rabat Għawdex u mutur Honda misjuq minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Sannat.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, ittieħed l-isptar għal aktar kura. Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
Aktar tard, is-sewwieq tal-mutur kellu jitella’ l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter minħabba ġrieħi gravi li sofra f’wiċċu. Hu ġie operat ftit tal-ħin wara li wasal l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.