Saturday, February 7, 2026

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal il-25 ta’ Novembru, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti ż-Żejtun, Honda Fit misjuqa minn Filippin ta’ 61 sena residenti Santa Venera u mutur Honda NSS misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti s-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 51 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport