Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara inċident tat-traffiku fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8.00am kien involut f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel.

Is-sewwieq tal-mutur li hu residenti H’Attard għal xi raġuni kellu mpatt ma’ karozza Volkswagen Polo li kienet misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti Ħal Balzan.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Is-sewwieqa tal-karozza ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tar-raġel s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport