Sunday, June 22, 2025

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara li kien involut f’inċident f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-isptar wara li aktar kmieni waranofsinha kien involut f’inċident tat-traffiku f’kantuniera bejn Triq St. Mary Street Triq Manwel Dimech.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ bejn karozza Ford Kuga misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Tas-Sliema u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema wkoll.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport