Sewwieq ta’ mutur idaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-4.45pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar San Ġwann.
Għal xi raġuni karozza kellha mpatt ma’ mutur bil-konsegwenza li s-sewwieq spiċċa mal-art.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza u wara li taw l-ewwel għajnuna fuq il-post, is-sewwieq tal-mutur ittieħed għal aktar kura l-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq s’issa għadha mhix magħruf.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

