Sewwieq ta’ mutur kellu jingħata assistenza medika wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-limiti t’Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Taljan ta’ 32 sena kien intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Auris.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.
S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.