Sewwieq ta’ mutur kellu jidaħħal l-Isptar Mater Dei hekk kif ftit tal-ħin ilu kien involut f’inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Birkirkara.
Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li b’xi mod is-sewwieq tal-mutur spiċċa taħt karozza li kienet qiegħda tinsaq.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-għajnuna lis-sewwieq ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

