Sewwieq ta’ mutur li għandu 66 sena residenti Bormla u mara ta’ 56 sena
residenti Bormla wkol lli kienet passiġġiera fuq il-mutur qed isofru minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni ħall-ħabta tal-11:30 a.m, kienu nvoluti f’inċident
tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-ħamla Skoda Fabia misjuqa minn mara ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Yamaha T115 misjuq mir-raġel, li mieħu kellu passiġġiera.
Is-sewwieq u l-passiġġier tal-mutur ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.