Illum, għall-ħabta tad-9:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mitsubishi L200 misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti x-Xagħra u mutur Suzuki GSXR misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti n-Nadur.
Fuq il-mutur kien hemm ukoll ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Qala u Alfa Romeo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 55 sena mill-Munxar, ġarbu xi ħsarat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier ta’ 43 sena u l-ġuvni ta’ 19-il sena l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ix-xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin