Ritratt: One News
Sewwieq ta’ trakk tilef ħajtu wara li baqa’ dieħel f’arblu fis-Siġġiewi
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq Lapsi fl-inħawi tal-Kappella tal-Providenza.
Fuq issejħet ambulanza u l-pulizija li għalqu t-triq.
Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Kelliema għall-Pulizija qaltilna li r-raġel kellu 57 sena u kien jgħix is-Siġġiewi.

