Tuesday, February 3, 2026

Sewwieq ta’ vann l-Isptar wara ħabta head on fil-Manikata

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ vann li għandu 59 sena ttieħed l-Isptar, wara aktar kmieni kien involut f’ħabta head-on fi Triq il-Wilġa fil-Manikat, fil-limiti tal-Mellieħa

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li r-raġel kien qed isuq il-vann, meta għal xi raġuni baqa’ dieħel f’minibus, li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Jirriżulta li fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lir-raġel li spiċċa maqbud ġol-vettura.

Huwa ingħata l-ewwel għajnuna minn infermiera minn Mater Dei li taw l-assistenza lis-sewwieq fuq il-post. Dan sakemm issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura meħtieġa. Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mix magħufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport