Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7.30p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Ġwann Battista, ix-Xewkija, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla SYM Symphony misjuq minn raġel minn Nepal ta’ 28 sena, residenti r-Rabat, Għawdex u Kia Rio misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti x-Xewkija.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.