Friday, October 17, 2025

Sewwieq tal-mutur l-Isptar wara inċident f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-1.45pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Nutar Zarb.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar kellu mpatt ma’ vann misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti wkoll San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li s-sewwieq mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport