Sunday, December 22, 2024

Sewwieqa Maltin jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-FIA Motorsport Games

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll


Il-Malta Motorsport Federation ħabbret li Malta se tkun rappreżentata fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-FIA Motorsport Games, li ssir bejn is-26 u l-31 ta’ Ottubru fiċ-Ċirkwit Paul Ricard f’Marsilja, Franza.

Malta hija rappreżentata mis-sewwieqa tal-karting Lucas Pace, Kian Gauci, Owen Mangion, Ella Zammit, Kyle Mercieca, Nicky Gauci, Raisa Psaila, u Kieran Galea. Barra minn hekk, Dean Vella se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fl-Esport.

Is-sewwieqa ser jkunu akkumpanjati mill-Viċi President tal-Malta Motorsport Federation William England bħala Kap tad-Delegazzjoni, Jonathan Tonna bħala Team Captain u diversi partitarji.

Ekonomija

Sport