Minħabba incident fi Triq Burmarrad, il-karreġġjata li twasslek għall-Mosta fil-preżent tinsab magħluqa.
Iż-żewġ karreġjati tal-imsemmija triq se jkunu magħluqin mid-9:30am ‘il quddiem sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.
Dan qalitu Transport Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn ħeġġet lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona u jagħmlu użu minn rotot alternattivi.