Saturday, December 28, 2024

Sewwieqa ta’ karozza tindarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:15 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq L-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tliet vetturi; vettura Toyota Vitz misjuqa minn Rumena ta’ 21 sena residenti l-Gżira, vettura Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Lija, u vettura Nissan Micra misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-Rumena sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport