Mara ta’ 35 sena residenti Ħad-Dingli qed issofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni, għall-ħabta tas-7:30 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’’Xatt l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti x-Xgħajra u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.