Sewwieqa ta’ mutur ta’ 29 sena mill-Brażil residenti n-Naxxar qed issofri minn ġriħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:30 p.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Tas-Sliema fil-Gżira.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Gżira u mutur Yamaha T110 misjuq mill-vittma.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza meħtieġa lill-vittma sakemm din ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.