Sunday, December 22, 2024

Sewwieqa tal-Hillclimb Maltin se jikkompetu fi Sqallija

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sewwieqa tal-Hillclimb Maltin, Darren Camilleri, Ivan Deidun, u Edward Calleja jinsabu fi triqthom lejn Chiaramonte Gulfi, raħal fil-provinċja ta Ragusa fi Sqallija. It-tellieqa li ser jattendu hija magħrufa bħalha Coppa Monti Iblei, bi triq twila 8,500 metru, b’elevazzjoni ta 478 metru, u altitudni ta 850 metru.

Tliet ġimgħat biss ilu it-tliet sewwieqa kienu flimkien ma James Dunford, Didier Bugeja u Chris Xuereb ġewwa Erice, raħal Sqalli ieħor fil-provinċja ta Trapani. Ġewwa Trapani l-Maltin kellhom prestazzjoni tajba u xi uħud kienu saħansitra fuq il-podju. Darren Camilleri rebaħ il-klassi tiegħu u spiċċa is-16 minn 330 sewwieq, filwaqt li kemm Chris Xuereb u Didier Bugeja spiċċaw fit-tielet post fil-klassi tagħhom. Edward Calleja, Ivan Deidun u James Dunford kellhom jirtiraw.

Ekonomija

Sport