Monday, December 15, 2025

Sewwiq ta’ mutur imut wara inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena residenti l-Mosta, dalgħodu tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 fi Vjal il-Qalbiena Mostin. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn raġel
ta’ 65 sena residenti Ħad-Dingli u mutur KTM misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Żewġ tfal minuri li kienu fil-vann tal-għamla Ford ma sofrewx ġrieħi filwaqt li x-xufier ittieħed fl-eqreb ċentru tas-saħħa minħabba xokk.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport