Friday, November 15, 2024

Sewwwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll u waqa’

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena, għal xi n-12:30 a.m, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident bil-mutur fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. 

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, li joqgħod San Pawl il-Baħar stess, kien  qiegħed isuq mutur Honda NC750XA, tilef il-kontroll u waqa’. 

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport