Sunday, December 22, 2024

Sfidi għad-difiża Ukrena hekk kif ir-Russi baqgħu javanzaw

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li l-forzi Ukreni li qegħdin jiddefendu l-belt ta’ Kharkiv qegħdin jaffaċċjaw sfidi kbar wara li l-forzi Russi baqgħu javanzaw u anke qasmu sew il-fruntiera.

Ġurnalisti tal-BBC li jinsab mexjin mal-forzi Ukreni qalu li r-Russi qegħdin jattakaw b’armi qawwija ħafna tant li hu ferm diffiċli li wieħed iżommhom.

Jirriżulta li l-komunikazzjoni bejn gruppi ta’ difiża Ukreni qegħdin tkun aktar diffiċli u dan qiegħed ipoġġi eluf ta’ suldati ma jafux eżatt x’se jagħmlu biex jiddefendu t-tieni l-akbar belt fil-pajjiż.

“Iridu li l-forzi Ukreni jitilqu mill-belt biex b’hekk ikabbru ż-żona ta’ kontroll tagħhom. Din hija kwistjoni ta’ ħin, x’ħin se tkun qiegħda tintrebaħ il-belt … Il-forzi Russi dejjem qegħdin jużaw metodi ġodda biex jattakkaw il-linja ta’ difiża Ukrena,” qal suldat Ukren waqt li kien qiegħed jitkellem ma’ ġurnalist.

Ekonomija

Sport