Wednesday, December 25, 2024

Sfidi ġodda għal Silvio Vella

Aqra wkoll

Il-Malta FA ħallet lill-kowċ Silvio Vella mill-obbligi kuntrattwali tiegħu wara t-talba tiegħu biex jaqdi dmirijiet ta’ kowċing fuq livell ta’ klabb.

Wara żmien twil bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Under 21, mill-2020 Vella okkupa r-rwol ta’ Koordinatur tal-Football Hubs immexxija mill-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol, wieħed mill-pilastri tekniċi ewlenin tal-istrateġija tal-Assoċjazzjoni. “Dejjem kelli relazzjoni professjonali eċċellenti mal-Malta FA minn meta mort mil-logħob għall-kowċing”, qal Vella.

“Ninsab grat li anke f’dan il-każ l-Assoċjazzjoni kienet qed tifhem u laqgħet it-talba tiegħi. Konvint li qed isir ħafna xogħol tajjeb fuq livell tekniku u f’dan is-sens ninsabu fit-triq it-tajba.”

Il-Malta FA xtaqet tirringrazzja lil Vella għall-impenn u l-kontribut kontinwu tiegħu u tawguralu l-ġid fl-isforzi professjonali tiegħu.

Ekonomija

Sport