Sunday, October 12, 2025

Sfortuna kbira għal Steve Borg … se jitlef il-logħba kontra l-Bosnja

Aqra wkoll

Dik li suppost kellha tkun l-aħħar dehra ta’ Steve Borg mat-tim nazzjonali Malti issa se tkun immarkata b’ċerimonja ta’ preżentazzjoni, peressli sfortunatament, Steve sofra injury waqt it-taħriġ ta’ MD-1 u mhux se jkun jista’ jilgħab fil-logħba tal-lum kontra l-Bożnija-Herzegovina.

Il-Malta Football Association testendi l-appoġġ mill-qalb tagħha lil Steve u tawguralu fejqan ta’ malajr. Il-kontribut u d-dedikazzjoni tiegħu għat-tim nazzjonali xorta se jiġu onorati qabel il-logħba.

Sadanittant, il-kowċ Emilio De Leo ddeċieda li jħalli lil Andrew Borg u Keyon Ewurum jingħaqdu mal-iskwadra ta’ Malta ta’ taħt il-21 sena qabel il-logħba minn Grupp F tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA kontra l-Georgia, li se tintlagħab nhar it-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, fis-Centenary Stadium fis-7pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport