Friday, May 3, 2024

Sforza lil martu għall-prostituzzjoni… kienet tgħix f’faqar kbir bla dawl, bla ilma u b’toilet imkisser

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Omm ta’ tifel, flimkien ma’ ħaddiema soċjali ddikjaraw quddiem il-Qorti kif din l-omm spiċċat skjava tar-raġel tagħhom tant li kienet sfurzata tipprostitwixxi ruħha.

Spiċċat tgħix f’faqar kbir tant li l-ħaddiema soċjali ddikjarat li lanqas fl-Indja ma kienet rat dak il-faqar. La kien ikollha x’tiekol. Nuqqas kbir ta’ iġene. Bla dawl u bla ilma u b’toilet imkisser. Mill-qligħ tal-prostituzzjoni kienu jgawdu r-raġel, ommu u t-tifel tal-omm.

Ir-raġel kien anke jhedded lill-ħaddiema soċjali fosthom li se jqattagħha biċċiet biċċiet. F’xhieda mill-Pulizija Geynor Farrugia ntqal li l-omm li kienet akkump- anjata minn Rita Bonello, il-ħaddiema soċjali tagħha, għamlu rapport fl-Għassa, rigward theddid liema theddid sar bil-mowbajl u telefonati kemm lill-omm u anke lill-ħaddiema soċjali li ġiet mhedda li kien ser jsibha, jattakka kemm lilha u anke lil omm. Fost it-theddid, ġie indikat li lil ħaddiema soċjali kien se “jqattagħha biċċiet”.

Rita Bonello, il-ħaddiema soċjali u manager ma’ Dar Hosea xehdet li “l-omm kienet bdiet tattendi id-“Drop In Centre” f’ Dar Hosea, madwar sentejn u nofs qabel.” Iddikjarat li minkejja li hi marret l-Indja, qatt ma rat faqar daqs dak li kienet qiegħda tgħix fih din l-omm, fejn din ma kienx ikollha x’tiekol, kellha nuqqas ta’ igjene għax fid-dar ma kienx hemm provvista tal-ilma u dawl waqt li t-toilet kien imkisser.

Qalet li l-omm kellha dar iż-Żurrieq jew Ħal Safi, u din kienet id-dar mat- rimonjali. Spjegat li meta hi marret id-dar tal-partijiet, ir-raġel ma kienx għadu jgħix hemm u kien mar jgħix m’ommu. Qalet li l-kunjata kienet tgħaddi xi flus lit-tifel tal-omm, imma il-kunjata kienet imbagħad titlobhom lura lill-omm u minkejja li l-omm kienet dejjem isserviha (lill-kunjata), kienet dejjem tispiċċa li għandha ttiha l-flus.

Il-ħaddiema soċjali xehedet li kien ċemplilha r-raġel u heddidha li se jqattagħha biċċiet biċċiet u li ha jagħmilha bomba. Spjegat li għamlet rapport u xehdet ukoll li darba waqt programm televiżiv, ir-raġel ddikjara li ta’ Dar Hosea huma nisa ommosesswali u għalhekk jilqgħu lin-nies.

Il-ħaddiema soċjali qalet li r-raġel heddidha għax huma kienu qed jieħdu ħsieb anke l-apparenza tal-omg u jgħinuha tiħi ‘lquddiem u beda jgħir. Spjegat li llum il-ġurnata bl-għajnuna mogħtija, l-omm għandha xogħol full tajm, għandha residenza għaliha u miexja ‘lquddiem.

L-omm spjegat li hi u żewħha żżewwġu 32 sena ilu, ftit ġimgħat wara li iltaqgħu u dan minkejja li l-ġenituri tagħha ma kellhomx pjaċir bir-raġel. Qalet li minkejja dan kollu hi kienet ħarbet ma’ żewħha, u marru jgħixu l-Belt f’post li kien jappart- jeni lil omm ir-raġel.

Sakemm kienu jgħixu l-Belt, żewħha ma riedx jaħdem u kien beda jġiegħlha tipprostitwixxi ruħha u jgħix fuq il-qliegh tagħha. Minkejja li hi ma riditx, ir-raġel kien isawwatha, u jaghħmel minn kollox biex hi kellha taqbad din it-triq, kif filfatt ġara. Il-qliegħ kollu kien iġiegħla tgħaddih lilu. F’dan iż-żmien ir-raġel kien qabad il-vizzju tad-Droga u l-mara kienet tieħdu għall-kura d-Detox.

Wara xi żmien marru jgħixu Ħal Safi, fejn kienu qegħdin jikru residenza, u kien hawn li ommha saret taf bix-xogħol ta’ prostituzzjoni li kienet qiegħda tagħmel. Fl-istess żmien inqabdet tqila b’binha li llum għandu tletin 30 sena.

Wara li twieled binha, żewgha baqa’ jinsisti li hi tipprostitwixxi ruħha u qatt ma kellha għażla ħlief li tissubixxi. Sentejn ilu, infirdet ghal kollox minn ma’ żewġha, u telqet mid-dar ta’ Ħal Safi, u sabet l-għajnuna ta’ Rita Bonello u ħaddiema oħra ta’ Dar Hosea.

Intqal li llum qiegħda fuq kura għad-dipressjoni, u iseggwiha Dr Vella Baldacchino, bil-qagħda ta’ saħħitha hi dik li hi minħabba dak kollu li għaddiet minnu matul dawn is-snin kollha minħabba żewġha. Minkejja li infirdu, żewgha xorta baqa’ jiġri wa- rajha, u kien iċempel Dar Hosea jhedded, u jgħajjar anke lill-ħaddiema.

Eleonora Macelli, Kap Ezekuttiv Saint Jean Antide Foundaton, xehdet li l-omm kienet kellmithom fuq il-moħqrija li kienet ġarrbet tul is-snin, u li kienet iżżewġitu u kienet skjava ta’ żewġha, tal-kunjata u tat-tifel tagħha. Xehdet ukoll li wara r-raġel kien għama u riedet tieħu ħsiebu ommu u għalhekk mar jghix ma’ ommu.

Ir-raġel xehed li l-problemi fiż-żwieġ bdew f’Diċembru tas-sena 2012 meta martu kienet qaltlu li ma tridx tkompli bir-relazzjoni tagħhom, għax kienet iddejqet. Qal li dak iż-żmien kienet qabdet u ħarġet mid-dar matrimonjali f’Ħal Safi, liema dar kienet mikrija għandhom mill-privat, u li fuqha kienu jirċievu sussidju mill-Awtorità tad- Djar.

Qal li l-mara kienet għamlet tlett ġimgħat ‘l bogħod mid-dar iżda wara tliet ġimgħat, irritornat. Qal li sakemm il-mara ma kinitx id-dar, hu kien mar jirrisjedi għand ommu San Ġiljan, peress li nieqes mid-dawl, filwaqt li t-tifel kien mal- omm. Qal li l-omm kienet inqabdet mill-Pulizija fuq allegat tlajjar u prostituzjjoni u hu ipprova jgħinha u ħalsilha l-pledge, iżda ma kellux biżżejjed flus.

Ir-raġel saħaq li kienet deċiżjoni ta’ martu li tipprostitwixxi ruħha, u dan kienet tagħmlu għall-kapriċċi tagħha, u kemm–il darba ġġieled magħha fuq dan. Saħaq li martu mill-bidu kienet tipprostitwixxi ruħha. Mistoqsi għalfejn baqa’ magħha minkejja li kien jaf x’kienet qiegħda tagħmel, saħaq li hu kien iħobbha, u kien iħossha diffiċli biex jaqbad ma’ mara minħabba d-difett f’għajnejh.

Martu kienet tgħidlu li familtha isawwtuha u ma kinitx tkun trid tmur lura d-dar. Stqarr li hu ma setgħax jinfired minn magħha minħabba li kien hemm it-tifel, u li l-għażla li għamlet kienet għażla tagħha.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li “din il-Qorti tagħraf li meta l- partijiet iżżewġu l-omm kellha biss 19-il sena. Il-Qorti tistaqsi: kif allura ddeċieda li jiżżew- weġ mara li kien jaf li hija prostituta? U tistaqsi l-Qorti kif kompla fiż-żwieġ għal żmien konsiderevoli ma mara li kienet prostituta?

Il-Qorti semgħat it-testimonjanza akkurata tal-ħaddiema soċjali, Rita Bonello u dik ta’ Eleonora Macelli, il-kap ta’ Dar Hosea, fejn iddiskrivew l-istat pjetuz li fih sabu lill-omm, l- istat diżastruza tad-dar ta’ Hal Safi, u kif l-omm kienet nieqsa mill-affarijiet l-aktar bażiċi inkluz il-provvista tad-dawl u ilma u n-nuqqas ta’ tojlet.

Illi jekk għas-saħħa tal-argument biss, dak li kienet qiegħda tagħmel l-omm kienet qiegħ- da tagħmlu minn jeddha u kif jgħid żewġha biex tagħmel il-kapricci, il-Qorti tistaqsi: Fejn kienu? X’kienu dawn il-kapriċċi? Għax l-evidenza indipendenti ta’ Rita Bonello Eleonara Macella indikaw biss il-faqar tremend illi fih kienet tgħix fin l-omm…

Għaldaqstant huwa ferm ak- tar vero simili u attendibbli li r-raġel b’mod mill-aktar abbużiv kien jibgħat lill-mar- tu tipprostitwixxi ruħha u kien jgħix mill-qliegħ ta’ tali prostituzzjoni waqt li jhal- li lil martu f’faqar tremend. Il-provi jindikaw li l-qliegħ fil-prosituzzjoni forzat tal-omm kienet qed jiġi gawdut mir-raġel, ommu u iben l-omm. Il-Qorti iddikjarat li għandu jħallas manteniment ta’ €200 fix-xahar lill-omm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport