Saturday, November 23, 2024

“Sħaba sewda fuq l-Imtarfa”

Aqra wkoll

“Sħaba sewda fuq l-Imtarfa”. Hekk ikkummenta s-Sindku tal-Imtarfa Daniel Attard hekk kif ilbieraħ sar magħruf li Michelle Curmi, il-mara ta’ 32 sena mill-Imtarfa li għal dawn l-aħħar jiem kienet fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ mietet  fl-Isptar Mater Dei.

Il-mara kienet sofriet ġrieħi serji wara li nhar is-17 ta’ Mejju li għadda, filwaqt li kienet riekba bħala passiġġiera fuq mutur tat-tip Harley Davidson li kien misjuqa minn raġel ta’ 40 sena mir-Rabat, seħħ inċident ma’ vettura tat-tip Toyota Porte li kienet misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar.

L-inċident kien seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq l-Imdina. Is-sewwieq tal-mutur aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ħfief. B’rabta ma’ dan l-inċident kien ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Martin Farrugia li kien fetaħ inkjesta.

Is-Sindku tal-Imtarfa ta l-kondoljanzi sinċiera lill-familji u l-ħbieb kollha tagħha f’dan il-mument tant diffiċli.

Sport