Sunday, December 22, 2024

Shakhtar jagħtu £20.5 miljun lis-suldati Ukreni mis-somma tat-trasferiment ta’ Mykhailo Mudryk

Aqra wkoll

Shakhtar Donetsk taw £20.5 miljun mis-somma tat-trasferiment li rċevew mingħand Chelsea għal Mykhailo Mudryk biex jgħinu lis-suldati Ukreni jiġġieldu kontra l-qawwiet Russi wara l-invażjoni tagħhom f’dan il-pajjiż.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ġie ppreżentat mill-Pensioners , nhar il-Ħadd li għadda, waqt il-mistrieħ fir-rebħ ta’ 1-0 fuq Fulham, wara li ż-żewġ clubs qablu fuq is-somma ta’ £88 miljun … biex b’hekk huma “serqu” dan it-trasferiment minn ħalq Arsenal hekk kif kollox kien qed jindika li kien se jmur jilgħab fl-Emirates Stadium. 

Shakhtar żammew sodi fin-negozjati u qatt ma ċedew it-talba oriġinali biex issa madwar kwart minnha se tmur biex tgħin lis-suldati Ukreni. 

“Nistgħu nitkellmu biss dwar il-football Ukren minħabba l-appoġġ tremend li kellna mill-armata Ukrena u l-poplu Ukren  matul dan iż-żmien verament diffiċli,” qal il-president ta’ Shakhtar, Rinat Akhmetov.

Ekonomija

Sport