Wednesday, April 24, 2024

“Shame on Adrian Delia” … L-għaqda hija ferm ‘il bogħod fil-PN

Aqra wkoll

Minkejja x-xeni u kliem sabiħ biex juru li l-Partit Nazzjonalista issa jinsab magħqud, fl-istess Partit ix-xquq ta’ firda mhux ingħaqdu iżda kibru aktar.

Komplew jikbru bis-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar il-konċessjoni tal-Isptarijiet hekk kif esponenti tal-Partit Nazzjonalista ma jistgħu jaċċettaw qatt li Adrian Delia qiegħed jidher bħala “eroj”.

Fil-fatt Godfrey Leone Ganado, magħruf sew għal kummenti tiegħu kont l-Partit Laburista u anke kontra l-fazzjoni ta’ Delia fil-PN, kiteb fuq Facebook: “Shame on Adrian Delia”.

Hu qal li minkejja li għandu kull dritt li jfaħħar lilu nnifsu u jagħti boost lil ego tiegħu għar-rebħa li għamel fil-Qorti, Delia messu kellu d-diċenża li jagħti kreditu lil dik li kien sejħilha “Biċċa Blogger Daphne Caruana Galizia.”

Ganado jkompli jgħid li Daphne kellha tgħaddi anke mill-mewt talli esponiet “il-korruzzjoni tal-Isptarijiet” fost oħrajn. F’botti diretti lil Adrian Delia biex juri li l-eks Kap tal-PN li kien tneħħa wara “protesta” mis-17 Blue Heroes qallu li ħadd ma kien se jagħmel xejn kieku ma kienx għal Caruana Galizia.

Illum l-istess 17 blue heroes qegħdin isejħu lil Delia bħala “ħabib” però imbagħad dawk li jagħtuhom l-appoġġ komplew jiskreditaw lill-eks mexxej tagħhom.

L-esponent tal-Partit Nazzjonalista kompla jgħajjar lil Delia fejn qallu li għalkemm jaf jitkellem b’mod tajjeb, għandu l-istess problema tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat li skont Ganado għandu l-”ME syndrome.”

Hu faħħar bħas-soltu lil Jason Azzopardi li minkejja kull tentattiv fl-aħħar elezzjoni ma rnexxilux jiġi elett. Ganado jgħid li kien il-kuraġġ ta’ Azzopardi u x-xogħol kbir li wettaq li llum Adrian Delia jista’ jgħid li rebaħ xi ħaġa.

Sport