Mgarr United u l-Kowċ Shaun Bajada qablu b’mod reċiproku li jinfirdu.
Shaun ingħaqad mal-Klabb dan is-sajf u matul iż-żmien li qatta’ ma’ da nil-klabb ħadem bla heda mal-iskwadra, fejn ikkontribwixxa lit-tim kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu.
Fi stqarrija Mgarr United FC irringrazzjaw lil Shaun għall-impenn, il-professjonaliżmu u l-isforzi tiegħu matul iż-żmien tiegħu ma’ Mgarr United, u awgurawlu kull suċċess fil-kapitlu li jmiss tal-karriera tiegħu bħala kowċ.
Wara t-tluq ta’ Shaun, Kurt Baldacchino se jieħu r-rwol ta’ Kowċ tat-Tim sal-aħħar tal-istaġun, flimkien mar-rwol kontinwu tiegħu bħala Kowċ tat-tim ta’ taħt il-21 sena. Huwa se jkun appoġġjat minn Duncan Micallef, li nħatar Assistant Coach sal-aħħar tal-istaġun.
Il-Klabb jibqa’ ffukat fuq l-objettivi tiegħu għall-bqija tal-istaġun u huwa kunfidenti li din it-tranżizzjoni tipprovdi lit-tim bl-aħjar opportunità biex jimxu ‘l quddiem flimkien.



