Xahar biss wara li tħabbar bħala player ġdid taċ-champions tal-Bosnja u Herzegovina, Borac Banja Luka, il-midfielder internazzjonali Malti Shaun Dimech irritorna Malta biex jingħaqad ma’ Birkirkara FC.
Prodott ta’ Valletta, Dimech, li llum għandu 22 sena, iddebutta fil-Kampjonat Premier meta kien għad għandu 15-il sena fi Frar 2017. Minn dakinhar, dejjem lagħab mal-Beltin.
F’nofs Ġunju, Dimech ingħaqad ma’ Borac Banja Luka iżda t-trasferiment attwali tiegħu wasal wara d-‘deadline’ għall-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, u naqas milli jagħmel l-ewwel dehra uffiċjali għall-klabb.
Birkirkara, li ħatru lil Stefano De Angelis bħala l-coach il-ġdid tagħhom, qabel kienu ffirmaw lill-Brażiljan Maicon u lill-goalkeeper Taljan, Giacomo Volpe.