Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, is-sewwieq Malti tal-muturi Shawn Buttigieg spiċċa fl-ewwel post f’kompetizzjoni fit-trakka ta’ Santapod fl-Ingilterra.
Buttigieg ikkompeta fi Spring Speed National 2022. Wara xi jiem ta’ diffikultajiet, fis-semi-finali, Buttigieg għamel ġirja tajba ħafna. F’din il-ġirja Buttigieg għamel l-aqwa ħin tal-karriera tiegħu u rekord ġdid għat-trakka b’ħin ta 6.64 sekondi. Fil-finali, Buttigieg reġa sofra problemi tekniċi fil-gearbox iżda rnexxielu jagħmel ġirja tajba oħra f’6.73 sekondi.
Mal-wasla tiegħu Malta tard it-Tlieta filgħaxija, Buttigieg sab membri tal-kumitat tal-Malta Drag Racing Association u xi ħbieb jistennewh fl-ajruport ta’ Malta.