Friday, January 23, 2026

Shazel Grima … mhux biss teċċella fir-Regatta iżda b’passjoni lejn l-Atletika

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Jiena min dejjem persuna sportiva. Meta kont żgħira bdejt mill-futbol u aktar ma bdejt nikber aktar bdejt nivvinta x’nista nagħmel!

X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Il-ġiri hu xi ħaġa importanti f’ħajti għax mhux biss nieħu pjaċir niġri imma hu ta’ terapija għas-saħħa mentali tiegħi. L-iskeda tiegħi ta’ ġurnata u b’tifel żgħir hi ħafna ‘busy’ u li nsib dik is-siegħa għalija hi importanti ħafna.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Hawn ħafna nies dedikati u naħseb li hawn livell tajjeb.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Rigward ġiri ma nħossx li hawn fejn nipprattikawh għax fit-triq lanqas il- bankina mhi tajjba biex tiġri fuqha. Rigward kompetizzjonijiet, iva hawn ħafna li jorganizzaw tlielaq matul is-sena li tista’ tapplika għalihom. 

Int ukoll qaddiefa tar-Regatta ewlenija f’pajjiżna. Kemm huma simili u difefrenti minn xulxin l-atletika u r-Regatta fosthom it-taħriġ tagħhom?

Simili ħafna għar-Regatta għandek bżonn ħafna stamina u r-rowing huwa Cardio l-istess ħaġa l-ġiri jinvolvi taħriġ li huwa tajjeb ħafna għall-qdif ukoll.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Issa ilni fil-qasam tal-isport li neħodha vera bis-serjetá għal dawn l-aħħar erba’ snin. Kwiet m’għandix u xi ħaġa dejjem nivvinta jekk mhux giri, gym jew qdif xi ħaġ’oħra żgur – l-importanti li nibqa’ nżomm ruħi dejjem attiva.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Nagħmel kuraġġ lil dawk in-nisa kollha biex jagħmlu xi tip ta’ eżercizzju għax verament importanti anke tmur mixja jew xi jog bilmod. Il-bidu dejjem iebes imma wara se tkun xi ħaġa li verament tieħu pjaċir tagħmel u ta’ sodisfazzjon ukoll!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport