Tuesday, November 26, 2024

SHC se tikkontesta s-sentenza … issostni li l-prijorità tagħha tibqa’ li tipprovdi kura tas-saħħa mill-aqwa

Aqra wkoll

Steward Healthcare Malta (SHCM) fi stqarrija oġġezzjonat bil-qawwa għas-sentenza tal-Qorti dwar il-ftehim ta’ konċessjoni tal-isptarijiet. Qalet li qed tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha u tirriserva d-dritt li tissalvagwardja l-interessi tagħha fil-fora legali xierqa, il-Qrati Superjuri f’Malta u anke internazzjonalment.

SHCM tenniet li se tikkontesta l-allegazzjonijiet kollha ta’ aġir ħażin li ssemmew fis-sentenza, li nqisuhom bħala “inaċċettabbli u bla bażi”. “Minn reviżjoni preliminari tas-sentenza, nemmnu li hemm nuqqasijiet sinjifikanti fir-raġunament u d-deċiżjoni.”

“Filwaqt li l-aspetti legali, operattivi u prattiċi tal-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti jeħtieġu li jiġu evalwati fid-dettall u mifhuma bir-reqqa, SHCM tibqa’ impenjata li topera f’kull ħin skont l-ogħla standards u valuri professjonali tagħha.

“Il-prijorità ta’ SHCM kienet u tibqa’ dejjem il-provvista ta’ kura tas-saħħa mill-aqwa lill-komunitajiet u l-pazjenti li aħna fdati biex naqdu,” temmet tgħid l-istqarrija ta’ Steward.

Sport