Is-Sibt filgħaxija, iċ-ċentru tar-Rabat Għawdex inbidel f’attività sħiħa hekk kif id-Djoċesi t’Għawdex għall-ewwel darba organizzat Shemà – Lejl Imdawwal. Għal din l-attività attendew mijiet ta’ persuni li kellhom diversi wirjiet u anke attivitajiet li setgħu jgawdu.

Fost l-attivitajiet li kien hemm, saru diversi kunċerti f’kantanti stabbiliti, taħdidiet, wieħed seta’ wkoll iduq ikel tradizzjonali. Kien hemm persuni li kienu qegħdin idoqqu mużika tradizzjonali.

Ma jistax jonqos li fl-attvità kien hemm rokna għat-tfal fejn permezz ta’ “Gino” l-pupazz setgħu jifmhu aħjar diversi parabboli li hemm fil-Bibbja. Wieħed seta’ wkoll jidhol fil-Kurija tal-Isqof u jara wirjiet u anke jisma’ taħdidiet interessanti.
