Monday, November 4, 2024

“Sibt dan is-soft toy… qed jgħinni neħħi l-biża'”

Kate Ferrigi lesta mill-operazzjoni fi sptar fi-Polonja

Aqra wkoll

Kate ħarġet mill-Operazzjoni li saret aktar kmieni dalgħodu. Għalkemm għadu kmieni jidher li l-operazzjoni irnexxiet.

Aktar kmieni: Kate Ferrigi, tifla ta’ ftit snin bħalissa qiegħda tiġi operata fl-Isptar Paley Medical Centre fil-Polonja bit-tama li jkollha aktar stabbiltà fuq saqajha.

Qabel ma daħlet għal operazzjoni, fuq il-midja soċjali tagħha tellgħet post biex kulħadd jitolb għalija. Qabel ukoll li fuq is-sodda sabet soft toy li qed jgħinha tneħħi l-ħafna biża’ li għandha minħabba l-operazzjoni.

Kate ilha għaddejja b’diversi operazzjoni għal dawn l-aħħar snin. Iżda hemm tama li b’din tal-lum tkun tista’ timxi bħal tfal oħrajn. Mhux se tkun operazzjoni faċli, iżda t-tobba huma b’tama kbira li l-affarijiet imorru kif mixtieq.

Il-familja tagħha b’mod speċjali ommha qed titlob lil Maltin u lil Għawdxin biex jieqfu minuta u jgħidu talba għal Kate.

Sport