Wednesday, April 9, 2025

Sid ħanut tad-deheb ordnat jagħti €1,762 lil tabib li nsteraqlu ċurkett

Aqra wkoll

Alfred Borg, sid ta’ ħanut tad-deheb fil-Belt Valletta ġie ordnat iħallas €1,762 lil tabib li nsteraqlu ċurkett.

Kien it-Tabib Charles Delicata u martu Adelaideli fetħu kawża kontra Alfred Borg fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.

It-Tabib Delicata qal quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti li fl-4 ta’ Awwissu tal-2011 kien iddepożita ċurkett għand il-ħanut ta’ Borg biex ibiegħulu. Dan iċ-ċurkett bi brillant ta’ 4.05 karat kien jiswa €37,969 imma talab lil sid il-ħanut €28,000 għalih.

Skont dak ippreżentat fil-Qorti, bejn is-6 u 8 ta’ Awwissu 2011 saret serqa mill-ħanut u fost l-affarijiet li kienu nsterqu kien hemm iċ-ċurkett. It-Tabib qal fil-Qorti li Borg kellu jżomm dan iċ-ċurkett fil-kaxxaforti, imma minflok ħallih fil-vetrina u kien għalhekk li hu responsabbli dan dan iċ-ċurkett insteraq.

Min-naħa tiegħu Borg qal li ċ-ċurkett ingħatalu biex ibigħu u żied li l-valur taċ-ċurkett kien ferm inqas minn €28,000.

Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef Grixtri qal li ma jaqbilx ma’ dak li qal Borg li mhux responsabbli. Qal li għalkemm sid il-ħanut ma kienx involut fis-serqa, naqas meta għażel li ma jżommux fis-safe tal-ħanut.

Ġie nnutat ukoll li Borg ma għaddiex informazzjoni lill-pulizija dwar is-serqa għax skont hu din l-informazzjoni waslitlu bil-kundizzjoni li ma jgħid xejn dwar.

L-Imħallef Grixti meta ġie biex jaħdem il-valur, qies li l-l-persuna li qabbad it-Tabib Delicata biex tagħmel stima tal-valur ikkonkludiet li dan kellu valur ta’ Lm16,300 fil-vetrina li jrid jonqos b’40% biex iġib il-prezz li klijent iħallas għalih.

Fis-sentenza l-Imħallef qal li Borg kien immarka ċ-ċurkett li jiswa €36,000 li bin-tnaqqis ta’ 40% jonqos għal €21,600. Qal ukoll li l-valur korrett bħala €22,190 irrimarka kif it-Tabib u martu diġà rċevew €15,140 u għalhekk kien jonqos €1,762 x’jitħallas.

Għalhekk li l-Imħallef Grixti ordna lil Borg biex iħallas lit-Tabib Delicata u lil martu dan l-ammont.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport