It-Tribunal Federali Nazzjonali Taljan immexxi minn Giuseppe Rotondo ikkundanna li ACR Siena 1904 erba’ punti ta’ penalizzazzjoni fil-klassifika preżenti ta’ Serie C Girone B Taljan. Barra minn hekk, huma ġew ukoll immultati €1000 wara li kisru xi regoli legali.
B’hekk Siena, li ftit tas-snin ilu kienu jimmilitaw fis-serie A, jinsabu barra mill-play-offs għall-promozzjoni. Fil-fatt huma niżlu fil-11-il post tal-klassifika u ġew għal 44 punt.