Tuesday, June 3, 2025

Siġġiewi Montekristo jirbħu l-Amateur League tal-Blackball

Aqra wkoll

Siġġiewi Montekristo rebħu l-finali tal-Amateur League tal-Blackball wara li għelbu lil Żebbuġ St Joseph 11-8.

Żebbuġ St Joseph bdew b’vantaġġ ta’ 2-0 għalkemm Siġġiewi Montekristo mal-ewwel ġabu l-iskor indaqs. F’mument minnhom il-vantaġġ beda jalterna għalkemm fit-tieni parti tal-logħba, is-Siġġiwin kienu aktar preċiżi tant li rebħu l-frame deċiżiv biex aċċertaw din ir-rebħa.

It-tim kien iffurmat minn Amanda Mifsud, Christopher Busuttil, Samuel Dimech, Teemor Mifsud, Kevin Galea, Victor Camilleri u Jason Mangion.

Sadanittant illum tintlagħab it-tieni finali tal-ġimgħa, din id-darba mill-Community League hekk kif PL Balzan jisfidaw lil San Ġwann Tiki Taka C.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport