Sunday, January 12, 2025

Sigmund Mifsud sospiż minn Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ntqal li wara li aktar kmieni nbdew proċeduri legali kontra l-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali Mro. Sigmund Mifsud huwa qiegħed jiġi sospiż b’nofs il-paga b’effett immedjat.

B’effett immedjat ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Pjazza Teatru Rjal Mro. Chris Muscat qed jiġi appuntat bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali.  

B’hekk Mro Muscat se jkun qed iservi bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali kif ukoll Kap Eżekuttiv ta’ Pjazza Teatru Rjal.

Sport