Wednesday, February 19, 2025

“Silvio Camilleri minn prosekutur pubbliku jakkuża n-nies sar Prim Imħallef” – l-Avukat Franco Debono

Aqra wkoll

“Dawn huma żewġ imħallfin, li nħatru, għax ġew handpicked mill-Gvern tal-ġurnata. Saħansitra Silvio Camilleri minn prosekutur pubbliku jakkuża n-nies, sar, qabel l-imħallfin kollha ta’ dak iż-żmien, u sar Prim Imħallef,” 

Dan iddikjarah l-Avukat u leks Deputat Nazzjonalista Franco Debono meta f’filmat li tella’ fuq il-midja soċjali, fejn ta l-fehma tiegħu dwar kummenti espressa mill-eks membri tal-ġudikatura, li kienu hand-picked minn Gvernijiet Nazzjonalisti, dwar ir-riforma fl-inkjesti li qed tkun diskussa fil-Parlament. 

Debono irrimarka li l-eks Prim Imħallfin Joseph Said Pullicino u Silvio Camilleri jirrappreżentaw proċedura li hi fossila u relikwa tas-sitwazzjoni post-kolonjali u medjevali f’dan il-pajjiż sakemm fil-Gvern kien hemm il-Partit Nazzjonalista. 

Qal ukoll; “Dawn it-tnejn min-nies li issa ħarġu ’l quddiem biex jagħtu l-kummenti tagħhom, tajjeb jiġu mistoqsija ‘inti x’taħseb fuq il-mod, fuq ir-rule of law, kif kienet bil-mod kif int sirt imħallef? Silvio Camilleri inti x’taħseb’, min jaf kieku llum xi protesti jkun hawn fit-toroq. Timmaġinaw lill-Avukat Ġenerali tinqabad minn fejn qegħda u tiġi mpoġġija bħala mħallef, mingħajr ebda esperjenza ta’ mħallef?”

Fl-istess filmat,l-Avukat Debono saħaq li l-proċedura fi żmien Gvern Nazzjonalista ma kinitx meritokratika. Żied jgħid li lil hinn mill-kompetenza ta’ dak li jkun, jekk avukat ma kienx ikun xi ħabib ta’ xi Ministeu, postu żgur mhux forsi li ma kienx se jkun fil-ġudikatura. 

Il-kummenti ta’ Dr Debono kienu qed isiru fil-kuntest ta’ riforma oħra ċentrali fis-settur tal-ġustizzja, dik marbuta mal-inkjesti maġisterjali, riforma li bħal ma ingħad fil-Parlament, se tkun waħda li tissalvagwardja d-drittijiet taċ-ċittadini.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport