Saturday, October 26, 2024

Silvio Valletta jiċħad li hu seta’ ta xi informazzjoni dwar rejd li sar fuq Melvin Theuma

Aqra wkoll

L-eks-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta ċaħad li hu seta’ ta xi informazzjoni dwar rejd li sar fuq Melvin Theuma. 

Fi stqarrija, hu rrefera għax-xhieda li kompla jagħti Melvin Theuma fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech, li qed jiġi akkużat bħala l-allegat mandat tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 

Valletta qal li jekk fix-xhieda ntqal hekk, allura din hi gidba faħxija għax hu lanqas biss kien fil-Pulizija, aħseb u ara kemm seta’ jkun jaf li se jsir ir-rejd fuq Theuma. 

Hu tenna li spiċċa mill-każ fil-15 ta’ Ġunju 2018 u ħareġ mill-Pulizija f’Novembru 2018. Sostna li r-rejd kien sar fl-2019 u għalhekk saħaq li qatt u qatt ma seta’ jkun naf b’din l-inormazzjoni. 

Silvio Valletta qal li bħalma tenna diversi drabi, hu qatt ma għadda informazzjoni li qatt ma seta’ jkun jaf għax ma kienx involut fil-każ.

Hu rriserva wkoll id-dritt li jieħu azzjonijiet ulterjuri.

Sport