Hekk kif intlagħbet il-ħames ġurnata tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, il-gowlkiper ta’ FK Brugge Simon Mignolet temm ir-rekord ta’ minuti mhux megħlub f’din il-kompetizzjoni meta t-tim tiegħu qala’ erbgħa u tidwira kontra Porto.
Dawn kienu l-ewwel gowls li qala’ l-eks goalkeeper ta’ Liverpool wara 400 minuta mhux megħlub u inċidentalment kienet ukoll l-ewwel telfa għal Brugge.
Min-naħa tagħhom, Porto kellhom bżonn jirbħu din il-logħba sabiex jaċċertaw ruħhom mit-tieni post u eventwalment il-kwalifikazzjoni.