Simone Inzaghi temm il-perjodu tiegħu bħala kowċ ta’ Inter.
Il-kowċ tan-Nerazzurri ddeċieda li jħalli l-kariga tiegħu fit-tmexxija ta’ Inter wara t-telfa kbira ta’ 5-0 kontra PSG fil-finali tal-UEFA Champions League.
Aktar kmieni llum, id-diriġenti ta’ Inter iltaqgħu ma’ Inzaghi li kkomunika l-intenzjoni tiegħu li jħalli l-klabb u jmur jikkowċja fll-Arabja Sawdija.
Huwa mifhum li l-eks kowċ ta’ Lazio għandu diġá ftehim fis-seħħ ma’ Al Hilal.