Saturday, May 24, 2025

SINJAL POŻITTIVI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ FID-DINJA TAX-XOGĦOL

Aqra wkoll

Statistika riċenti wriet li l-għadd ta’ persuni b’diżabilità li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol kulma jmur qiegħed dejjem jiżdied. Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela li nnota kif filwaqt li fl2019 kien hawn ftit aktar minn 3,600 persuna b’diżabilità jaħdmu, illum hawn qrib il-5,400, żieda sostanzjali ta’ aktar minn 47% f’temp ta’ ftit snin. 

Dan ir-riżultat ma ġiex waħdu jew b’kumbinazzjoni iżda huwa sforz l-inċentivi li qed jagħmel il-Gvern u anke l-miżuri li qed jieħu biex il-persuni b’diżabilità jkollhom l-opportunità li jiġu integrati aktar fis-soċjetà. Huwa ta’ sodisfazzjon għalhekk li tara li dawn il-persuni qegħdin jiġu aktar inklużi li tgħinhom ukoll jgħixu b’mod aktar indipendenti. 

Bħala soċjetà għandna l-obbligu li nirrikonoxxu l-kontribut li dawn il-persuni jagħtu lill-ekonomija bilħidma tagħhom. Huwa għalhekk kruċjali li jissokta l-investiment biex naraw aktar persuni b’diżabilità jużaw il-ħiliet tagħhom biex jaqilgħu għajxien li jkun wieħed ġust. Din mhix karità imma dritt li dawn innies bħala bnedmin. 

Għandna għax nifhmu li l-avvanzi li saru fit-teknoloġija qed jgħinu lill-persuni b’diżabilità biex tiffaċilitalhom ix-xogħol tagħhom u b’hekk ma tkunx ta’ diffikultà daqs qabel biex dawn jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol. L-avvanzi wkoll li saru fix-xjenza medika qed tesponi aktar diżabilitajiet li sa ftit ilu kienu mistura u ftit kienu jafu bihom ħlief dawk li kienu milqutin minnhom. 

Għaldaqstant jibqa’ l-obbligu li l-Istat jagħraf kif jgħin lil dawn il-persuni. Konvinti li l-Gvern se jkompli jinvesti f’politika li tippromwovi l-inklużjoni, issaħħaħ l-iskemi t’appoġġ eżistenti filwaqt li tikkollabora mannegozji biex trawwem postijiet taxxogħol li huma aċċettabbli, flessibbli u li jilqgħu lil kulħadd. 

Ħadd ma jista’ jiċħad li kemm il-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kif ukoll il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat qegħdin jaħdmu flimkien biex ilħajja tal-persuni b’diżabilità tkun aktar diċenti anke permezz tal-ftuħ ta’ ċentri speċifiċi fil-komunitajiet madwar il-pajjiż. 

Naqblu wkoll ma’ dak li qal il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri illi kull individwu għandu jingħata ċ-ċans jirnexxi, jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u jikkontribwixxi b’mod konkret għat-tisħiħ tal-ġid fil-pajjiż. 

B’dan ilmod ukoll qed tiġi riaffermata l-politika li f’pajjiżna kulħadd huwa ndaqs u kulħadd għandu l-istess opportunità biex javvanza fil-ħajja tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport