Wednesday, October 9, 2024

Sion ta’ MarioBalotelli relegati għat-Tieni Diviżjoni

Aqra wkoll

Sion sfaw relegati għat-Tieni Diviżjoni tal-kampjonat Svizzeru meta tilfu l-play-off kontra Lausanne Ouchy bi skor aggregate ta’ 6-2. Sion, li magħhom jilgħab l-attakkant Taljan Mario Balotelli, ma rnexxielhomx jimponu ruħhom kontra avversarji li kienu spiċċaw fit-tielet post tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Huma kien superjuri tul iż-żewġ logħbiet u b’hekk ġew promossi għall-ogħla diviżjoni.

Dan kien diżappunt ieħor fil-karriera ta’ Balotelli li donnu ma’ kull tim li jmur dejjem qed iġib żvintura aktar milli fortuna.

Sport